Il-karozzi li jahdmu bl-elettriku

IL-KAROZZI LI JAĦDMU BL-ELETTRIKU – L-AKBAR TARKA KONTRA T-TRAB FIN U L-GASSIJIET SERRA

Waqt it-tnedija ta’ mudell ġdid ta’ karozza li taħdem bl-elettriku, Kia Soul, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li kull ċittadin Malti għandu jilqa’ pożittivament il-wasla fis-suq ta’ karrozzi li jaħdmu bl-elettriku, għaliex dawn iservu bħala l-akbar tarka kontra t-trab fin u l-gassijiet serra f’pajjiżna.

Huwa saħaq li ma jiswa xejn li nnaqqsu l-gassijiet serra mingħajr ma nindirizzaw it-trab fin, kif fl-istess ma jagħmilx sens li naħsbu fit-trab fin u npoġġu fil-ġenb il-ħtieġa tat-tnaqqis tal-gassijiet serra. Huwa kompla li nkunu verament wasalna li poġġejna s-saħħa ambjentali fuq quddiem nett tal-prijoritajiet tagħna meta jkollna kejl separat tagħhom it-tnejn kif għandhom għadd ta’ pajjiżi oħrajn.

Il-Ministru Brincat qal li bħala Ministeru tal-Ambjent u ‘l quddiem permezz ta’ Awtorita’ għall-Ambjent u r-Riżorsi se jkunu mpenjati biex jaraw li jkun hemm l-akbar għadd possibbli ta’ air monitoring stations fl-akbar konċentrazzjonijiet ta’ konġestjoni tat-traffiku f’pajjiżna matul il-jum kollu. Huwa tenna li pajjiżna m’hu se jiddejjaq xejn jikseb ukoll l-expertise barrani meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tat-tnaqqis ta’ tniġġiż tal-arja kkawżat mit-traffiku u huwa d-dmir tagħhom li jaraw li dan jseħħ.

Il-Ministru Brincat temm jgħid li min-naħa tiegħu, jixtieq jifraħ lir-rappreżentanti tal-KIA li poġġew dan il-mudell ġdid tal-elettriku fis-suq tagħna u b’hekk se jagħtu kontribut dirett lejn it-titjib tal-kwalitá tal-arja f’pajjiżna waqt li jtejbu l-għażliet fis-suq fejn jidħlu karrozzi li huma eco friendly.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li qed jintwera interess mis-settur privat, li qed jifhem dejjem aktar l-importanza li tinbidel il-kultura f’pajjiżna.

Huwa qal li huwa l-iskop tal-Gvern li jimpenja ruħu biex jagħmel it-trasport f’pajjiżna ambjentalment sostenibbli. Fil-fatt, il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura qed jiżgura li żewġ proġetti li jinċentivaw l-użu ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku jitwettqu b’suċċess. Fix-xhur li għaddew inxtraw 24 vettura elettrika ta’ daqs u għamla differenti kif ukoll twaħħlu 90 charging point li bihom il-pubbliku jista’ jiċċarġja l-vettura tiegħu. ‘Il fuq minn 100 ċittadin kif ukoll għadd ta’ kumpaniji u organizzazzjonijiet ħadu sehem fil-perjodu ta’ dimostrazzjoni li beda fl-2014 u se jintemm f’Diċembru 2015.

Minbarra l-użu ta’ vettura li taħdem bl-elettriku bħala l-vettura uffiċjali tal-Ministru, permezz ta’ dan il-proġett ibbenefikaw ukoll il-Parlament kif ukoll id-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fost oħrajn. Fakkar ukoll li l-Gvern jagħti inċentiv ta’ bejn1,500 u €5,000 lil kull min jiskrappja l-vettura tiegħu u jixtri waħda li taħdem bl-elettriku. Fil-ġranet li għaddew, il-Gvern ħabbar li dawk li għandhom karozza li taħdem bl-elettriku, jistgħu jibdew jgħaddu mill-bus lanes tal-Marsa, il-Furjana u f’Tas-Sliema.

 


Latest Updates

  • Electric Vehicles - Incentive Purchase Scheme

    Electric Vehicles - Incentive Purchase Scheme

    Procedures for Grant allocation for purchase of Electric Vehicle
    Read More

  • 1
  • Renault ZOE electric

    Renault ZOE electric

    The Renault ZOE ev is a treat to drive.
    Read More

  • 1
  • Il-karozzi li jahdmu bl-elettriku

    Il-karozzi li jahdmu bl-elettriku

    Presentazjoni ta karozza gdid tal elettriku.
    Read More

  • 1
  • Electric, another kid on the block

    Electric, another kid on the block

    The Launch of the Kia Soul EV in Mdina, Malta
    Read More

  • 1
  • Parliament goes electric

    Parliament goes electric

    Presentation of demo-EV to Maltese Parliament
    Read More

  • 1
  • BMW i3, the silent experience

    BMW i3, the silent experience

    A strong believer in electro mobility I can consider myself one of the local pioneers...
    Read More

  • 1
  • Maiden Race for formula e

    Maiden Race for formula e

    The story behind the first ever electric single seater race in Beijing, China
    Read More

  • 1
  • EV Record Sales in 2013

    EV Record Sales in 2013

    A brief report on Europe electric cars sales
    Read More

  • 1
  • Formula-E

    Formula-E

    Renault moves to electric single seater racer
    Read More

  • 1
  • Ready to charge down the road

    Ready to charge down the road

    Silence is golden but on an island where noise pollution reigns supreme...
    Read More

  • 1